Monday, June 8, 2026

Il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo jippreżenta t-trofew lir-rebbieħa tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena, l-Italja

Aqra wkoll

Għat-tieni darba fl-istorja tagħhom, u wara s-suċċess tagħhom fl-2024, l-Italja reġgħet rebħet l-aktar tournament prestiġjuż fl-Ewropa ta’ taħt is-17-il sena … il-Kampjonati Ewropej. L-edizzjoni ta’ din is-sena saret fl-Estonja, bil-finali ssir fil-Lilleküla Stadium, fil-kapitali, Tallinn.

Quddiem aktar minn 7,000 spettatur, it-tim nazzjonali Taljan, immexxi minn Daniele Franceschini, għeleb lill-Belġju fil-penalty shoot-out. Il-logħba ntemmet 1-1 sal-ħin regolamentari, bil-Belġju imorru fil-vantaġġ permezz tas-sostitut Ojea fil-85 minuta. L-Italja ġabet l-iskor indaqs fid-90 minuta grazzi għal penalty skorjat minn Fugazzola.

Mingħajr ma ntlagħab ħin barrani, il-logħba marret direttament għall-għoti tal-penalties, fejn it-Taljani ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3 biex ġew inkurunati champions Ewropej tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena.

Wara l-logħba, il-president tal-MFA ta’ Malta Bjorn Vassallo, li jservi wkoll bħala Chairman tal-UEFA Youth and Amateur Committee u huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ dan it-turnew, ippreżenta midalji lill-uffiċjali tal-logħba u liż-żewġ timijiet finalisti, qabel ma preżenta t-trofew lir-rebbieħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport