Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Titħabbar il-mewt ta’ Antonio Briguglio fl-etá ta’ 91 sena

Titħabbar il-mewt ta’ Antonio Briguglio fl-etá ta’ 91 sena

0
14

Tħabbret il-mewt ta’ Antonio Briguglio fl-etá ta’ 91 sena. Proprju matul is-sena li għaddiet, huwa kien sar l-ewwel referee li qatt ġie introdott fil-Malta FA Hall of Fame.

Il-karriera tiegħu bdiet fl-1960, u qatta’ 16-il sena fil-Panel tal-FIFA. Fl-1972, sar l-ewwel uffiċjal Malti maħtur għal finali Ewropea, fejn serva bħala linesman fil-Finali tal-Youths tal-UEFA bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja tal-Punent fin-Nou Camp. Lokalment, huwa mexxa l-Finali tal-FA Trophy, disa’ darbiet, inklużi sitt darbiet konsekuttivi.

Fl-2022, ingħata l-‘Midalja għall-Qadi tar-Repubblika’ għas-servizz tul ħajtu lill-isport Malti.