Friday, May 1, 2026

Il-prezz taż-żejt jaqbeż il-$120-il barmil 

Aqra wkoll

Il-prezzijiet taż-żejt komplew jiżdiedu wara rapporti li l-Istati Uniti qiegħda tipprepara sabiex testendi l-imblokk fuq il-portijiet tal-Iran. 

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat Brent qabeż il-$120-il barmil, li huwa l-ogħla prezz sa mill-2022. 

Dan il-prezz ra tibdil qawwi minn meta bdiet il-gwerra, hekk kif l-Istrett ta’ Hormuz ilu magħluq għal diversi ġimgħat minħabba l-kunflitt fil-Lvant Nofsani.

L-Iran illimita t-traffiku marittimu mill-Istrett b’reazzjoni għal attakki mill-Istati Uniti u l-Iżrael li kienu bdew fit-28 ta’ Frar. 

Fil-ġimgħat li għaddew, Tehran wissa wkoll li kwalunkwe bastiment li jersaq lejn l-istrett ikun fil-mira. 

L-Istati Uniti mbagħad ħabbret li l-forzi tagħha se jinterċettaw bastimenti li jkunu sejrin minn u lejn portijiet Iranjani. 

Minkejja l-varjazzjonijiet tal-aħħar ġimgħat, il-prezz taż-żejt għadu ferm ogħla mill-prezz ta’ qabel il-kunflitt, għal kull barmil.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport