Friday, June 12, 2026

Il-Prim Ministru bi żjara f’negozju tal-familja

Aqra wkoll

Fir-Rabat Għawdex, il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, żar il-kumpanija Michael Grech Financial fejn iltaqa’ mat-tmexxija u l-ħaddiema. Din il-kumpanija qed timmarka 25 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Il-kumpanija toffri servizzi finanzjarji lill-klijenti Maltin u Għawdxin u hija liċenzjata mill-MFSA. Twaqqfet fl-2001 u għandha uffiċini fil-Belt Victoria, f’Għawdex u f’Birkirkara f’Malta. Sid il-kumpanija, Michael Grech, huwa meqjus bħala pijunier fl-industrija tas-servizzi finanzjarji f’Għawdex u fl-2015 ingħata Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta’ Malta.

Waqt iż-żjara l-Prim Ministru  faħħar is-suċċess ta’ dan in-negozju tal-familja u tenna li l-Gvern jibqa’ kommess li jkompli joffri appoġġ kontinwu lin-negozji, partikolarment dawk żgħar u medji. Huwa nnota  kif dan in-negozju matul is-snin offra opportunità ta’ apprendistat lil studenti tal-MCAST u l-Università ta’ Malta li jkunu għaddejjin b’studji fuq is-servizzi finanzjarji u li jgħinhom fil-perkors edukattiv tagħhom u fl-istess waqt jitgħallmu ħiliet ġodda.

Dr Abela għamel referenza wkoll għall-emendi li l-Gvern kien għamel fl-Att dwar in-Negozji tal-Familja u semma t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll fit-trasferiment ta’ negozju bejn membri tal-familja u nnota b’sodisfazzjon kif dan in-negozju se jkun qed jgħaddi għand it-tieni ġenerazzjoni tal-familja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport