I l-Kabinett li għadu kemm ħatar il-Prim Ministru Robert Abela huwa l-aktar kabinett żagħżugħ fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna. Dan hekk kif l-eta medja fil-Kabinett hija ta’ 42 sena.
B’kuntrast l-Kabinett li kien inħatar wara l-ewwel mandat mogħti lil Dr Robert Abela kien ta’ kważi 47 sena, filwaqt li dak maħtur wara l-ewwel mandat elettorali kien 43. Il-Kabinetti maħtura minn Dr Joseph Muscat kellhom eta medja ta’ 45 sena. L-eta medja tal-Kabinett tista tgħid hija ugwali għalleta medja tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija li hija ta’ 43 sena.
B’hekk il-komposizzjoni tal-Kabinett hija l-aktar rappreżentativa tad-demografija tal-pajjiż li qatt kellna. B’kuntrast fl-2008 meta l-eta medja fil-pajjiż kienet ta’ anqas minn 40 sena, l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi kellu eta medja ta’ 51 sena.
Dak iż-żmien kien hemm biss Chris Said u Tonio Fenech li kellom eta daqs l-eta medja, u l-bqija tal-Kabinett kien ferm aktar anzjan mill-bqija tal-popolazzjoni. B’kuntrast fil-Kabinett preżenti 12-il Ministru jew Segretarju Parlamentari, jew aktar minnnofs tal-Kabinett, huma taħt l-eta medja tal-pajjiż.
It-tielet Kabinett ta’ Dr Robert Abela huwa wkoll karaterizzat mill-akbar ammont ta’ rappreżentanza ta’ nisa. Ilħames deputati Laburisti nisa eletti kollha ngħataw inkarigu, b’erbgħa minnhom jinħatru Ministri. B’hekk kważi kwart tal-Kabinett huma nisa. Storikament, qabel il-ħatra ta’ Dr Robert Abela, f’kabinett ta’ Gvern Malti l-aktar li kienu jinħatru żewġ nisa.
Il-Kabinetti maħtura minn Eddie Fenech Adami fl-1987 u l-1992 ma kellomx mank ministru mara waħda u wisq anqas segretarji parlamentari nisa. Bħall-Kabinett preċedenti kull Deputat Laburista elett minn Għawdex inħatar Ministru. B’hekk wieħed minn kull sebgħa Ministri huwa Għawdxi. Dan b’konferma tal-prijorita li Dr Abela jagħti lill-gżira Għawdxija li skont il-Manifest Int Malta se ssir il-mutur ekonomiku tal-prosperita ġdida ta’ pajjiżna.


