Monday, November 11, 2024

Il-Prim Ministru jisħaq li kulħadd għandu jkun komdu fil-komunità li jgħix fiha

Aqra wkoll

F’diskussjoni mal-Għawdxin minn kull qasam tal-ħajja fil-lukanda Kempinski f’Għawdex, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar il-bżonn li ndakkru s-sens ta’ komunità. “Kulħadd għandu jħossu komdu fil-komunitajiet tiegħu u f’dak li jħobb jagħmel,” qal il-Prim Ministru Robert Abela li nsista kif fil-komunità wieħed għandu jħossu milqugħ. Hawn irrefera kif dan jintlaħaq b’investiment fis-servizzi meħtieġa u ħarsien ta’ aspetti oħra bħat-tradizzjonijiet.

F’waħda minn sensiela town hall events maħsuba biex il-Prim Ministru nnifsu u l-Partit Laburista jisimgħu mingħand is-soċjeta kollha kemm hi, il-Prim Ministru saħaq dwar il-ħtieġa li kulħadd jesprimi l-fehma tiegħu. Insista li dawn l-attivitajiet kienu prova tal-għatx ta’ ħafna nies li jitkellmu dwar is-soċjetà li jridu. 

“Aħna rridu nies li dak li jemmnu fih jesprimuh. Mhux li min ma jaqbilx magħna niċċensurawh. Dik it-tip ta’ politika nħalluha għall-partit l-ieħor,” sostna l-Prim Ministru li sema’ dwar diversi temi ta’ interess għal Għawdxin. Fost it-temi l-iktar li ddominaw id-diskussjoni kien hemm l-ambjent, u l-ekonomija.

Hawn saħaq dwar il-bżonn li mbagħad ix-xewqat ikunu riflessi f’għażliet. “Diskussjoni bħal tal-lejla ma tkun tfisser kważi xejn jekk fit-tmienja ta’ Ġunju nagħżlu li nkunu siekta. Li tibqa’ d-dar mhix għażla. Fi tmienja ta’ Ġunju kull wieħed u waħda minnha għandu d-dritt li nagħżlu x’tip ta’ ewropa u lokalitajiet irridu. Ejja niffurmaw aħna x’tip ta’ komunitajiet irridu,” qal il-Prim Ministru Robert Abela.

Sport