Wednesday, May 27, 2026

Il-Prim Ministru Robert Abela jenfasizza l-importanza taż-żgħażagħ għall-progress ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, indirizza l-għeluq tal-kampanja taż-Żgħażagħ Laburisti fejn enfasizza l-importanza taż-żgħażagħ għall-futur tal-pajjiż.

Fil-messaġġ tiegħu, Dr Abela qal li ż-żgħażagħ huma l-qalb tħabbat ta’ dan il-pajjiż, filwaqt li faħħar l-enerġija, il-viżjoni, l-ideat ġodda u l-ambizzjoni tagħhom. Huwa sostna li Malta għandha bżonn liż-żgħażagħ sabiex il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem.

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-programm “Kickstart”, li huwa maħsub biex jgħin liż-żgħażagħ jimxu ’l quddiem, irrispettivament mill-isfond jew l-interessi tagħhom. Semma fost oħrajn studenti, ħaddiema, żgħażagħ li bdew start-up u oħrajn involuti fin-negozju li f’Malta għandom futur sabiħ quddiemhom.

Dr Abela qal li jixtieq Malta fejn iż-żgħażagħ ikollhom il-karriera li jixtiequ, id-dar li jixtiequ, iktar ħin għalihom infushom u iktar opportunitajiet biex igawdu l-ħajja.

Huwa appella liż-żgħażagħ biex ikomplu jaħdmu flimkien mal-Partit Laburista u biex jikkonvinċu lill-oħrajn dwar l-importanza tal-vot u tal-attiviżmu politiku.

Il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista jibqa’ moviment tad-drittijiet u tal-libertajiet ċivili, filwaqt li sostna li għad fadal ħafna xogħol xi jsir għaż-żgħażagħ u għall-pajjiż kollu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport