Matul il-jum tat-Tlieta, ivvutaw aktar minn 96% tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali u l-Pulizija, li se jkunu qed jaħdmu fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar is-Sibt li ġej.
Dan ħareġ minn stqarrija mill-Kummissjoni Elettorali li qalet li b’kollox ivvutaw 6,561 minn total ta’ 6,821 li kienu rreġistrati.
B’dan kollu jfisser persentaġġ ta’ 96.19%.

