Wednesday, May 27, 2026

Il-WHO tikkonferma li s’issa mietu iktar minn 200 pesuna bl-Ebola 

Aqra wkoll

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-għadd ta’ persuni li mietu bil-virus tal-Ebola sa issa tela’ għal aktar minn 200. 

“Qed inżidu l-operazzjonijiet b’mod urġenti, iżda fil-mument dan il-virus qed ikompli jinfirex,” qal Ghebreyesus, filwaqt li żied jgħid li l-pajjiżi li jmissu mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) għandhom ukoll jieħdu azzjoni immedjata.

It-Tnejn li għadda, l-Uganda rrappurtat żewġ każijiet oħra ta’ Ebola u b’hekk f’dak il-pajjiż, in-numru totali ta’ każijiet ikkonfermati tela’ għal sebgħa.

F’post fuq il-midja soċjali nhar il-Ħadd, kelliem għall-WHO qal li sa issa ġew identifikati aktar minn 900 każ suspettat ta’ persuni li għandhom jew kellhom dan il-virus. 

Il-ġimgħa li għaddiet, il-WHO ddikjarat iż-żieda fil-każijiet tal-Ebola Bundibugyo bħala emerġenza ta’ saħħa pubblika u ta’ tħassib internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport