Sunday, December 22, 2024

Il-verità tfisser li din hija konġettura b’vendikazzjoni – Dr Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif ħareġ mill-Qorti qal li l-verita tfisser li din hija konġettura b’vendikazzjoni. Hu sostna li se jkun qiegħed jitkellem mal-midja fil-ħin li ġej.

Hekk kif fil-Qorti ntqal li l-inkjesta ġiet magħluqa fl-istess jum infetħu n-nominazzjonijiet tal-elezzjonijiet, diversi persuni tkellmu dwar dan fosthom il-kandidat Dr Daniel Attard.

Dr Attard qal li “llum intemm kull dubju dwar il-persekuzzjoni politika li ilni nitkellem fuqha. Però klikka estrema u mafjuża qatt ma għelbet poplu. U mhux se tgħelbu issa. Aħna nwieġbuhom fil-Qorti, imma nagħtuhom risposta akbar flimkien fit-8 ta’ Ġunju.”

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech qal li se jkun ukoll jindirizza lill-midja fil-ħin li ġej.

Aktar kmieni: L-inkjesta Vitals ingħalqet mal-ftuħ tan-nomini għall-elezzjonijiet

Fil-Qorti ftit tal-ħin ilu ġie kkonfermat li l-inkjesta li saret b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet lill-Vitals ingħalaq il-verbal tagħha fl-24 ta’ April li għadda u ġie mgħoddija lill-Avukat Ġenerali l-għada. Dan hu l-istess jum li fih fetħu n-nomini għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Dan kollu ħareġ waqt kawża li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed jagħmel fejn qiegħed jgħid li nkisru d-drittijiet tiegħu.

Il-kawża qed tinstema quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti u dalgħodu tella’ jixhed ir-reġistratur tal-Qorti. Hu kkonferma taħt ġurament li l-inkjesta hija magħluqa u anke kkonferma d-data meta tlestiet.

Nhar it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela reġa’ sostna kif stqarr 3 xhur ilu li l-ġustizzja u t-timings elettorali ma jmorrux flimkien.

Ekonomija

Sport