Voluntiera ta’ St John Ambulance and Rescue Malta tejbu l-kapaċitajiet ta’ tfittxija u salvataġġ f’żoni urbani permezz ta’ kollaborazzjoni ta’ taħriġ ma’ Merseyside Fire and Rescue Service.
Tim ta’ disa’ voluntiera minn St John Ambulance and Rescue riċentament ivvjaġġa lejn ir-Renju Unit biex jipparteċipa f’programm ta’ taħriġ intensiv ma’ Merseyside Fire and Rescue Service (MF&RS).
Din l-inizjattiva għandha l-għan li ttejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċitajiet ta’ din l-organizzazzjoni volontarja fit-Tfittxija u Salvataġġ f’żoni urbani (USAR), u tikkonferma l-impenn sod tagħha biex ittejjeb ir-rispons għall-emerġenzi u l-istrateġiji ta’ immaniġġjar f’każ ta’ diżastri.
It-taħriġ sar fl-Akkademja ta’ Taħriġ u Żvilupp ġdida tal-MF&RS f’Aintree, Liverpool. Din il-faċilità moderna hija mghammra bl-iktar teknologija avvanzata u tipprovdi riżorsi u esperti fit-teknika ta’ tfittxija u salvataġġ tal-ogħla livell. Fil-waqt li tiprovdi diversi ambjenti ta’ simulazzjoni realistika, l-akkademja toffri opportunità unika għal esperjenza prattika, kruċjali biex tħejji lil dawk li jirrispondu għal xenarji tal-ħajja reali.
Il-programm ta’ taħriġ iffoka fuq ħiliet essenzjali biex wieħed jirrispondi għal kollass katastrofiku ta’ bini. Il-voluntiera ta’ St John Ambulance and Rescue kienu involuti f’taħriġ teoretiku u prattiku speċjalizzat, li kopra fost l ohrajn; tfittxija tal-vittmi, l-assikurazzjoni u appoġġ ta’ strutturi instabbli, moviment ta’ materjal kbir u tqal ta’ kostruzzjoni, u tifrik u ħelsien minn strutturi li jistaw ikunu qed jostakolaw l-vittmi waqt operazzjoni ta’ salvatagg. Dawn il-ħiliet huma vitali biex titwettaq operazzjoni ta’ salvataġġ b’suċċess f’ambjenti ta’ pressjoni għolja u f’ħinijiet sensittivi, biex tiġi żgurata l-ogħla ċans ta’ sopravivenza għal dawk maqbudin f’diżastri.
St John Ambulance and Rescue Malta u l-Merseyside Fire and Rescue Service ilhom igawdu minn kollaborazzjoni bejniethom għal aktar minn 15-il sena. Din il-vjaġġ ta’ taħriġ reċenti saħħaħ aktar ir-rabta bejn iż-żewġ entitajiet, filwaqt li tikkonferma l-impenn reċiproku għas-sigurtà, l-eċċellenza, u s-servizz lejn il-komunità. Bħala xhieda tas-suċċess u l-importanza ta’ din il-kollaborazzjoni, aħna eċċitati li nħabbru li aktar tard din is-sena, tim ta’ uffiċjali u pompiera mill-MF&RS se jżuru lil Malta.
Dan it-taħriġ huwa mal-linji li jigwidaw l-istrategija ewlenija ta’ St John Ambulance and Rescue, dik sabiex biex ittejjeb il-kapaċitajiet tagħha billi tizgura li meta tigi imsejha sabiex tassisti lil korpi tal-pajjiż, bir-rispons mgħaġġel u effettiv waqt emerġenzi maġġuri, fejn kull sekonda tgħodd, jissalvaw aktar ħajjiet u nimminimizzaw l-impatti tad-diżastri. Biex dan isir realtà, investiment sinifikanti f’tagħmir speċjalizzat huwa essenzjali. Għalhekk, St John Ambulance and Rescue Malta qed taghmel sejha ghal donazzjonijiet biex tappoġġja din l-inizjattiva kruċjali.
St John Ambulance and Rescue tibqa’ ukoll impenjata lejn it-tisħiħ tal-imsieħba internazzjonali biex ittejjeb is-servizzi tagħha lejn l-komunita tagħna. Billi tkompli titgħallem u taħdem mal-esperti ewlenin madwar id-dinja, l-organizzazzjoni volontarja tistinka biex tiżgura li s-servizzi ta’ emerġenza tagħha jibqgħu fuq quddiem fil-preparazzjoni u r-rispons għad-diżastri u emergenzi.