Sunday, December 22, 2024

Illum jitfakkar il-Jum Dinji Għall-Orfni tal-Gwerra

Aqra wkoll

Illum, s-6 ta’ Jannar, qed jitfakkar il-Jum Dinji għall-Orfni tal-Gwerra. L-għan ta’ dan il-jum huwa sabiex, nirrealizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw l-orfni li tilfu l-ġenituri tagħhom b’riżultat ta’ gwerer u kunflitti.

Dawn it-tfal normalment ikunu soġġetti għal tbatijiet li huma aktar minn sempliċi negliġenza fiżika. Din il-ġurnata, hija importanti wkoll sabiex wieħed jinnota li l-konsegwenzi tal-gwerra mhumiex biss ħorox fuq parti waħda tas-soċjetà.

Fil-fatt, it-tfal, li qatt ma kellhom sehem fil-gwerra, ħafna drabi jispiċċaw ibatu l-aktar. Din il-ġurnata ġiet adottata minn SOS Enfants en Detresses, organizzazzjoni Franċiża, li tqajjem kuxjenza dwar din il-kwistjoni kruċjali ffaċċjata globalment.

L-ewwel orfanatrofju fid-dinja ġie stabbilit mir-Rumani fl-400 qabel Kristu. It-tfal li l-ġenituri tagħhom inqatlu fis-servizz militari kienu jiġu kkurati sal-età ta’ tmintax-il sena.

Filwaqt li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma f’riskju ta’ gwerra u epidemiji, qed jaraw aktar orfni minn pajjiżi żviluppati. L-Ewropa biss rat miljuni ta’ tfal jitilfu l-ġenituri tagħhom.

Ekonomija

Sport