Saturday, December 28, 2024

IM b’ħidma biex Triq Tas-Sliema fil-Gżira tinfetaħ mill-ġdid qabel ma’ terġa’ tibda l-iskola

Aqra wkoll

Bħalissa Infrastructure Malta tinsab impenjata bl-aħħar xogħlijiet sabiex Triq Tas-Sliema fil-Gżira tkun tista’ tinfetaħ mill-ġdid qabel ma terġa’ tibda s-sena skolastika.

“Bdew ix-xogħlijiet fuq l-aħħar fażi tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Tas-Sliema, il-Gżira. Infrastructure Malta tinsab impenjata biex it-triq tkun mill-ġdid aċċessibbli għall-vetturi fil-25 ta’ Settembru, qabel il-bidu tas-sena skolastika”. Ħabbret dan l-aġenzija Infrastructure Malta.

Intant, sabiex ikunu jistgħu jitlestew ix-xogħlijiet meħtieġa, it-triq minn kantuniera ma’ Triq il-Madonna tal-Ġebla sa Kantuniera ma’ Triq D’Argens, il-Gżira, ingħalqet ibieraħ miż-żewġ naħat u mistennija tibqa’ magħluqa sal-bidu tal-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar.

Għaldaqstant, Infrastructure Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw rotta alternattiva minn Triq San Albert jew Triq Reggie Miller, il-Gżira.

Ekonomija

Sport