Saturday, December 21, 2024

Immultat €1,000 flok €10,000 talli ddispjaċih li għamel ċajta fuq persuni bid-down syndrome

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell laqgħet l-appell ta’ raġel u ġie mmultat €1,000 flok €10,000. Huwa tressaq l-Qorti f’Settembru li għadda, fejn instab ħati li fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali tella kitba dispreġġjattiva kontra persuni bid-Down Syndrome.

Fil-Qorti ingħat li l-każ imur lura għal April ta’ erba’ snin ilu, fejn allegatament l-akkużat tella’ ritrat onlajn ta’ persuna bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u kiteb hekk; “website is down oooh me too!” . Ġie spjegat ukoll li dan il-messaġġ ttella fuq grupp fuq Facebook, bl-isem; Uncensored Jokes Malta.

Fl-appell tiegħu, l-akkużat argumenta, fost l-oħrajn, li l-post tpoġġiet fi grupp privat iddedikat għal ċajt goff u insensittiv imfittex minn kategorija ta’ nies li tidħol fil-grupp.

Il-Qorti tal-Appell ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima ikkonkludiet li l-multa li ngħata l-akkużat kienet eċċessiva billi fil-fehma tagħha l-akkużat ma kienx qed jipprova jpoġġi fil-periklu lill-persuni li kienu s-suġġett “taċ-ċajta”.

Ekonomija

Sport