Friday, January 3, 2025

Immultat €4,300 talli rrifjuta li jagħmel il-breathalyser

Aqra wkoll

Kolumbjan ta’ 50 sena residenti Ħal Luqa kien immultat €4,300 wara li rrifjuta li jagħmel il-breathalyser u saq bla polza tal-assikurazzjoni.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Diane Vella spjegat li l-każ seħħ fl-10 ta’ Awwissu tal-2023.

Instema’ kif l-imputat, William Giovanny Murillo Tibocha, allegatament kien qiegħed isuq taħt l-influwenza tax-xorb u mingħajr liċenzja. 

Quddiem il-Maġistrat Victor Axiak xehdu żewġ uffiċjali tal-komunità kif ukoll uffiċjal ta’ Transport Malta u anke l-imputat b’dan tal-aħħar ma nstabx ħati li saq taħt l-effett tax-xorb.

Minbarra l-multa, Tibocha kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena u kellu l-liċenzja tas-sewqan skwalifikata għal 18-il xahar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport