IMPORTANZA AKBAR LILL-AKKOMODAZZJONI SOĊALI

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Qasam ewlieni li qiegħed jingħata prijorita u importanza dejjem akbar minn dan il-Gvern, bla dubju huwa dak tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli tant li qed isir investiment qawwi f’dan is-settur. Dan qed isir permezz ta’ diversi inċentivi bl-intenzjoni ewlenija li pajjiżna jasal fi stat, diffiċli kemm hu diffiċli, li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu u jkun jista’ jgħix ħajja diċenti u ta’ kwalità. 

Fil-fatt, waħda mill-miżuri ewlenin tal-manifest elettorali tispeċifika li Gvern Laburista għandu jibqa’ jkun ta’ spalla għal dawk li jkunu jinħtieġu akkomodazzjoni soċjali, bil-mira tibqa’ tkun li l-ebda persuna ma jkollhiex saqaf fuq rasha. Ħarsa lura mill-2013 ‘l hawn naraw li fl-aħħar 13-il sena aktar minn 3,800 familja bbenefikaw minn xi forma jew oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali tant li l-istatistika turi li l-lista ta’ stennija naqset bin-nofs. 

Konxju ta’ din is-sitwazzjoni, il-Gvern jidher li qed ikompli jimpenja ruħu li jibni aktar units ta’ akkomodazzjoni soċjali u jsaħħaħ l-għajnuniet għal min irid jikri bil-għan li jkompli jnaqqas l-għadd ta’ dawk li qed jistennew akkomodazzjoni.

Nifhmu li minkejja l-kobor u l-komplessita tal-problema fir-rigward tal-akkomodazzjoni soċjali u dik affordabbli, inħossuna konvinti illi l-ħidma f’din id-direzzjoni se tkompli mingħajr waqfien. Għalhekk u f’dan il-kuntest nilqgħu wkoll l-aħbar li matul is-sena li għaddiet, kważi familja kuljum saret sid ta’ darha permezz tal-iskemi li toffri l-Awtorità tad-Djar. 

Dawn ir-riżultati juru kemm il-politika tal-Gvern fil-qasam tal-akkomodazzjoni qed tkun ta’ ġid u qed tkompli tagħmel id-differenza soċjetali fil-ħajja tan-nies, mhux biss, imma f’dan il-qasam ukoll jidher li hemm impenn fl-użu tal-enerġija partikolarment dik rinnovabbli u aktar nadifa. Tant hu hekk li jidher li fil-ħames snin li ġejjin se jiġu investiti 15-il miljun ewro f’installazzjonijiet ta’ aperturi ġodda, pannelli fotovoltajċi u heat pump water heaters f’elf unit ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Dan ukoll huwa prova ta’ kemm il-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela mhux biss jemmen imma jattwa l-prinċipji tal-ġustizzja soċjali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport