Monday, December 23, 2024

Imut Dun Raymond Cassar – “Jien il-President”

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Dun Raymond Cassar, saċerdot maħbub ħafna miż-Żurrieq.

Ftit tax-xhur ilu Dun Raymond kien spiċċa f’nofs kontroversja minħabba li waqt quddiesa beda “jgerger” u “jirrabja” filwaqt li nstema jgħid “Jien il-President”.

Il-filmat tiegħu kienu rawh bl-eluf fejn kien hemm min ikkritikah u daħak bih, iżda kien hemm min faħħru għax tkellem kif tkellem. Ma setax jonqos li dak li qal kien saħansitra spiċċa jindaqq fil-Karnival spontanju tan-Nadur.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li Dun Raymond kien qassis eżemplari ħafna u kien iservi ż-Żurrieq fin-Nigret.

Id-dettalji tal-funeral tiegħu se jkunu qegħdin jitħabbru fis-sigħat li ġejjin.

Ekonomija

Sport