Wednesday, March 27, 2024

Imut il-kitarrist leġġendarju tar-rock Jeff Beck fl-età ta’ 78 sena 

Aqra wkoll

Jeff Beck, wieħed mill-aktar kitarristi rock influwenti ta’ kull żmien, miet fl-età ta’ 78 sena.

Il-mużiċist Ingliż kiber fil-popolarità meta kien parti minn Yardbirds, li ħa post Eric Clapton, qabel ifforma l-grupp Jeff Beck ma’ Rod Stewart. 

It-ton, il-preżenza u fuq kollox il-volum tiegħu ddefinixxew mill-ġdid il-mużika bil-kitara fis-sittinijiet, u influwenzaw movimemnti bħal heavy metal, jazz rock u anke punk.

Il-mewt ta’ Beck ġiet ikkonfermata fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Twitter. “F’isem il-familja tiegħu, b’diqa profonda nħabbru l-mewt ta’ Jeff Beck,” intqal fi stqarrija.

Ekonomija

Sport