Tuesday, April 23, 2024

AĠĠORNAT: Iż-żagħżugħ li ttajjar fin-Naxxar iweġġa’ gravi

Aqra wkoll

Żagħżugħ iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:15 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Filippini kien intlaqat minn karozza tal-għamla Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti l-Mellieħa.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport