Wednesday, April 24, 2024

Pass ieħor ta’ Wout Weghorst lejn Manchester United

Aqra wkoll

L-attakkant Olandiż, Wout Weghorst, jinsab fi triqtu lejn Manchester United biex jingħaqad magħhom b’self sa tmiem l-istaġun. 

Dan il-player ta’ Burnley bħalissa jinsab b’self mal-club Tork ta’ Besiktas fejn tħalla barra mill-iskwadra għal-logħba tal-kampjonat ta’ nhar is-Sibt kontra Konyaspor. 

Jidher li dan il-player ta’ 30 sena jilħaq il-kriterji tal-coach tar-Red Devils, Erik ten Hag, biex jimla l-post vakant li ħalla Cristiano Ronaldo li kellu l-kuntratt tiegħu terminat f’Novembru li għadda. 

Sport