Friday, June 21, 2024

Imut il-kompożitur tal-kanzunetti ta’ Disney Richard M Sherman fl-età ta’ 95 sena

Aqra wkoll

Il-kompożitur Richard M Sherman, li kiteb kanzunetti klassiċi tal-films ta’ Disney bħal Mary Poppins u Chitty Chitty Bang Bang miet fl-età ta’ 95 sena f’Beverly Hills.

Flimkien ma’ ħuħ il-mibki Robert, huma se jibqgħu imfakkragħal diversi kanzunetti li kitbu, fosthom ‘Trust in Me’ tal-Jungle Book u ‘Truly Scrumptious’ ta’ Chitty Chitty Bang Bang.

B’reazzjoni għall-mewt ta’ Sherman, il-kumpanija Disney bagħtet stqarrija u qalet li huwa miet kawża ta’ problemi b’saħħtu. Ingħad ukoll li huwa kien qiegħed jirċievi l-kura meħtieġa fiċ-Ċentru Mediku li jinsab f’Los Angeles.

Kif irrappurtat mill-midja tal-Istati Uniti, l-aħwa Sherman kitbu aktar minn 150 kanzunetta f’Disney, inkluż fil-film ‘Parent Trap’ lura għall-1961. Sherman kompla bl-irwol attiv li jipproduċi partituri mużikali fl-età avvanzata tiegħu.

Il-funeral tiegħu se jsir fil-31 ta’ Mejju f’Kalifornja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport