Sunday, May 5, 2024

Imut l-attur Ron Faber fl-età ta’ 90 sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-attur Amerikan Ron Faber li kien magħruf għar-rwol tiegħu fil-films “The Exorcist” u “Crash Course” fost oħrajn miet ilbieraħ filgħaxija.

Dan tħabbar minn ħabib tiegħu wara li fuq il-profil tiegħu fuq Facebook kiteb li dan l-aħħar, Faber kien għaddej bil-battalja kontra kanċer li attakkalu l-pulmun. Dan il-personaġġ kiber b’passjoni għall-mużika tat-tip Jazz u l-film ta’ Disney ‘’Fantasia’’.

Faber attenda l-Università ta’ Marquette, fejn hemmhekk għażel li jistudja n-negozju. Eventwalment hekk kif iggradwa daħal fis-settur tad-divertiment fejn beda jaħdem fuq programm tar-radju għat-tfal. Wara huwa ngħaqad mal-Marquette Players u l-Van Buren Players, fejn kien qed jiġi osservat bħala talent mill-istilla Amerikana, Eva Le Gallienne. Minn hawn il-karriera artistika tiegħu bdiet tibrilla, tant li ntagħżel biex jieħu sehem f’diversi films.

Fost irwoli importanti li kellu barra ta’ Broadway kellu dawk f’“Happy Days”, “Cherry Lane Theatre”, “Stonewall Jackson’s House” u “Times and Appetites of Toulouse Lautrec”. Ħa sehem ukoll fil-films; “The Beauty Part”, “Tunnel Fever”, “The Last Laugh”, “Lucky Stiff”, “Hamlet”, “Mary Stuart,” “Scenes From Everyday Life,” u “Woyzeck”, fost oħrajn.

Sport