Snin ilu spiss kienu jiġu fostna veterani li kienu parti minn Operation Pedestal jew kif nafuh aħjar bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija. Konvoj li kien indipensabbli għal pajjiżna għax permezz tiegħu wasslu għadd ta’ provvisti f’pajjiżna li tant kien hawn bżonnhom. Illum dawn il-veterani naqsu ħafna u kull ma jmur iż-żmien qiegħed dejjem inaqqas minnhom. Proprju fl-aħħar jiem miet wieħed mill-aħħar ftit veterani li kien fadal u li kienu parti minn dan il-konvoj.
Propju ftit jiem ilu fl-età ta’ mitt sena miet John Eskdale. Hu kien miet Sydney fi Gloucestershire. Hu kien afboord l-HMS Charybdis, li kien parti mill-konvoj li daħal f’pajjiżna f’Awwissu tas-sena 1942. Hu kien irrakkonta it-taqbid li ra waqt il-vjaġġ. Kien involut koll fl-invażjoni ta’ Sqallija fis-sajf tas-sena 1943.
Hu kien għadda minn esperjenza xejn sabiħa meta l-HMS Charybdis kien intlaqat minn torpedos Ġermaniżi qrib iċ-Channel Islands fl-aħħar tas-sena 1943. Il-bastiment kien spiċċa għerew u miegħu għerqu aktar minn 400 persuna. Filfatt minn ekwipaġġ ta’ 533 persuna, kienu salvaw biss 107 persuna. Hu kien spiċċa għamel ħin fil-baħar sakemm imbagħad salvat destroyer u ddaħħal fi Plymouth bier jingħata l-kura meħtieġa.
Hu kien intgħażel biex jippreżenta l-Midalja ta’ Commando lil James Barback għall-kwalitajiet tiegħu bħala Commando. John kien anke attenda l-pass out parade ta’ 366 suldat u qasam pariri mar-rekluti li kienu qed jistennew biex jerġgħu jibdew it-taħriġ wara li weġġgħu.
“Huwa importanti li tidħlu f’rutina. Tkun taf x’qed tagħmlu., huwa importanti li kulħadd ikun jafkom. Kulħadd ikun jaf x’tista’ tagħmel” kien qal John lir-rekluti.
“Ir-Royal Marines hija familja, kemm waqt li tkun qed isservi, u aktar u aktar wara. Se jkollkom żminijiet tajbin u żminijiet orribbli… ħuduha kif tiġi.”
John kien ġie rikonoxxut għas-servizz li ta’ fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. Oriġinarjament hu kien ipprova jingħaqad mal-Forzi Armati fl-1940 iżda kien ħadu żgħir. Sentejn wara iżda ingħaqad mal-militar. Hu serva ukoll fin-Normandija u l-Lvant Imbiegħed fejn hemmhekk kien ħa sehem f’operazzjonijiet biex jitneħħew l-forzi Ġappuniżi minn Hong Kong.