Sunday, November 24, 2024

Imwissi mill-Qorti talli hedded xufier waqt it-tqassim tal-karti tal-MATSEC

Aqra wkoll

Augustino Camilleri ħaddiem tal-MATSEC ġie mwissi mill-Qorti wara li nhar l-Erbgħa li għaddiet instab ħati li fit-13 ta’ Mejju tas-sena l-oħra għajjar u hedded sewwieq li pparkja l-mutur wara l-vann li biha kien qed iqassam il-karti tal-eżamijiet.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, il-Prosekuzzjoni li kienet imexxija mill-Ispettur Eman Hayman qalet li l-każ kien seħħ fid-data msemmija għall-ħabta tas-2.00pm fi Triq l-Esperanto l-Imsida.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li dakinhar kien hemm l-eżamijiet tal-O Level u l-A Level tal-Ingliż meta Camilleri kien qed iniżżel xi xogħol fil-vann. Hu kien baqalu jniżżel madwar żewġ pakketti oħrajn.

Il-vittma fix-xhieda tiegħu qal li l-parkeġġ li fih kien qiegħed jipprova jipparkja fih kien ostakolat minn vann li kien ipparkjat ħażin f’nofs tat-triq.

Il-Maġistrata fis-sentenza tagħha qalet li dakinhar tal-każ l-akkużat kien taħt pressjoni minħabba li kien inkarigat biex il-karti tal-eżamijiet jinħarġu mill-MATSEC u jitgħabbew fil-vann li kien wieqaf f’nofs it-triq.

Kien għalhekk li filwaqt li sabitu ħati tal-akkużi, wissietu biex każi bħal dawn ma jerġgħux jiġru.

Sport