“L-evoluzzjoni tas-soċjetà tagħna saret ħafna. Jien niftakar żminijiet qabel l-2013 fejn l-istatistika kienet turi li l-parteċipazzjoni feminili fuq il-postijiet tax-xogħol kkienet waħda mill-inqas mis-27 pajjiż. Matul iż-żminijiet bdejna tilgħin għax ingħataw l-opportunitajiet”.
Dan iddikjarah is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja llum waqt laqgħa ta’ diskussjoni bit-tema ‘Nisfidaw l-Isterjotipi, Noħolqu l-Opportunitajiet’ mtella’ mill-Partit Laburista u Nisa Laburisti f’Birżebbuġa.
Bugeja irrimarka li wieħed ma jridx iħares lejn is-sess tal-persuna imma l-ikbar sfida illi għandna hija l-ħsieb tas-soċjetà tagħna.
Qal ukoll; “L-aspett leġiżlattiv qiegħed hemm biex tagħmel inklużjoni fuq il-post tax-xogħol imma l-ħsieb iżomm lura lil persuni milli jimirħu f’ċertu setturi ekonomiċi ġodda”.
Tenna li n-nisa dejjem kienu ta’ pilastru fis-soċjetà u li għenu fit-tkabbir tal-ekonomija li għandna llum