Thursday, December 26, 2024

Inawgurat il-Guaranteed Capital & Income Plan 2026 II

Issa disponnibli mill-fergħat kollha, iċ-Ċentri tal-Investiment u l-Private Banking tal-BOV

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta qed joffri l-prodott ta’ investiment tal-MAPFRE MSV Life, il-Guaranteed Capital & Income Plan 2026 II.

Simili għas-segment ta’ qabel li ħareġ f’Mejju 2023, il-Guaranteed Capital & Income Plan 2026 II huwa investiment b’kontribuzzjoni waħda marbut mal-FONDO NARANJA GARANTIZADO 2026 FI, fond amministrat minn MAPFRE ASSET MANAGEMENT, SGIIC, S.A. Dan il-fond huwa intiż biex iqassam tliet pagamenti, ekwivalenti għal 2.85% tal-kontribuzzjoni inizjali. Il-kontribuzzjoni inizjali titħallas lura meta jimmatura l-investment. Dawn il-pagamenti, kif ukoll il-kontribuzzjoni inizjali, huma garantiti minn MAPFRE Inversión SV, SA, sakemm il-pjan jinżamm sad-data tal-għeluq.

Klijenti jistgħu japplikaw għal dan il-pjan b’investiment minimu ta’ EUR5,000. Il-Guaranteed Capital & Income Plan 2026 għandu tul fiss ta’ 3 snin. L-investiment jibda fit-28 ta’ Settembru 2023 u jimmatura fit-28 ta’ Settembru 2026. Dan l-investiment iħallas bir-rata ta’ 2.85% fis-sena, waqt li l-kapital huwa garantit jekk l-investiment jinżamm sakemm jimmatura. B’hekk dan huwa investiment ideali għal dawk il-klijenti li qed ifittxu distribuzzjoni tad-dħul regolari u dħul garantit.

Waqt li kienet qed titkellem dwar l-offerta, is-Sa Tonia Parascandalo, Kap fl-Uffiċċju tal-Bancassurance tal-Bank of Valletta spjegat li, “Huwa ta’ pjaċir għalina li qed noħorġu dan il-Pjan wara s-suċċess li kellu l-ewwel wieħed. Dan l-investiment jirrappreżenta soluzzjoni li toffri valur miżjud għall-investituri, b’mod partikolari għal dawk aktar kawti peress li joffri kemm kapital garantit kif ukoll dħul attraenti fuq l-investiment inizzjali.” Il-klijenti jistgħu japplikaw għal dan il-Pjan mill-4 ta’ Settembru 2023 minn kwalunkwe fergħa tal-BOV, Ċentru tal-Investimenti jew Private Banking. Din l-offerta tibqa’ miftuħa sat-18 ta’ Settembru 2023, imma tista’ tagħlaq qabel f’każ li tittieħed l-offerta kollha.

Is-Sa Parascandalo rrimarkat ukoll dwar il-kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-Bank u l-MAPFRE MSV Life. Hi qalet li dan wassal biex il-Bank ikun jista’ joffri firxa wisgħa ta’ prodotti tal-MAPFRE MSV Life, fosthom pjanijiet tal-protezzjoni, pjanijiet tat-tfaddil, investimenti ta’ somma f’daqqa, Pjanijiet ta’ Pensjoni Personali u Skemi ta’ Pensjoni WorkSave.

Wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni dwar il-MAPFRE MSV Life Guaranteed Income and Capital Plan 2026 II minn kwalunkwe fergħa, Ċentru tal-Investment jew mit-taqsima tal-Private Banking tal-BOV. Barra minn hekk, wieħed jista’ jsib informazzjoni minn https://www.bov.com. Huwa rrakmandat li wieħed jibbukkja appuntament qabel iżur il-fergħa tiegħu. Dan jista’ jsir billi wieħed iżur https://www.bov.com/assistants/set-an-appointment, jibgħat emejl fuq [email protected] jew iċempel fuq in-numru 2275 1627.

Il-Bank of Valletta p.l.c. hija Intermedjarju Marbut tal-Assigurazzjoni taħt l-Att dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, Kap 487 tal-Liġijiet ta’ Malta għal MAPFRE MSV Life p.l.c. (MMSV). Iż-żewġ entitajiet huma regolati mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Din hija offerta limitata li tagħlaq fit-18 ta’ Settembru 2023. Il-MAPFRE MSV Life tirriżerva d-dritt li tagħlaq din l-offerta qabel.
Il-prodott huwa manifatturat minn MAPFRE MSV Life p.l.c. u distribwit mill-Bank of Valletta p.l.c.
Il-valur tal-investiment jista’ jitla’ kif ukoll jinżel f’każ biss li jinġibed qabel id-data tal-għeluq. Jekk jinżamm sad-data tal-maturità, il-Kapital kif ukoll id-Dħul huma garantiti minn MAPFRE INVERSIÓN SV, SA, kumpanija awtorizzata u regolata mill-Comisión Nacional del Mercado de Valores (CNMV). Din il-garanzija hija soġġetta għal-limitazzjonijiet kif imniżżla fid-dokumentazzjoni tal-Pjan.

Aktar informazzjoni dwar il-pjan tista’ tinkiseb minn dawn id-dokumenti – Key Information Document u Key Features Document li jinsabu fuq is-sit https://www.bov.com 

Ekonomija

Sport