Friday, December 27, 2024

Inawgurat il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Kirkop għal 19-il familja

Aqra wkoll

F’Ħal Kirkop, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, inawgura binja oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali li se jibbenefikaw minnha 19-il familja. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €2.6 miljun.

Il-Ministru Roderick Galdes semma li dan il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali, imsemmi għal Joe ‘Peppinu’ Cassar, issa qed jingħaqad mal-kumplament tal-binjiet li fl-aħħar snin fetħu l-bibien tagħhom għall-familji l-iktar fil-bżonn.

“Fl-aħħar sentejn ftaħna aktar minn 160 appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali, f’sitt lokalitajiet differenti. Dawn il-binjiet ifissru li mijiet ta’ persuni ingħataw l-opportunità li jibdew il-futur tagħhom taħt saqaf diċenti u dinjituż, minkejja ċ-ċirkostanzi,” sostna l-Ministru Galdes.

Il-Ministru Galdes temm jgħid li l-gvern impenjat li jkompli jwettaq aktar proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali li jmorru id f’id man-numru ta’ skemi li fl-aħħar snin l-Awtorità tad-Djar nediet u kompliet issaħħaħ.

Ekonomija

Sport