Indjan ta’ 27 sena residenti Raħal Ġdid, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart fi Triq Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qed isuq trakk tal-għamla Toyota Toyace, li
kien involut f’ħabta ma’ vettura DAF CF85, misjuq minn raġel 39 sena residenti Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, iżda
sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l
investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien ma’ tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post
tax-xogħol, għadhom għaddejjin.

