Saturday, December 21, 2024

Infrastructure Malta b’azzjoni legali kontra kuntrattur responsabbli mill-green wall tul il-Marsa-Ħamrun Bypass

Aqra wkoll

Infrastructure Malta bdiet tieħu azzjoni legali kontra l-kuntrattur responsabbli mill-manutenzjoni tal-green wall li hemm tul il-Marsa-Ħamrun Bypass. Dan wara li l-istess kuntrattur naqas milli jilħaq l-obbligazzjonijiet ta’ manutenzjoni mifruxa fuq ħames snin, b’dan wassal biex il-ħajt iddeġenera.

Dan qalitu Infrastructure Malta f’messaġġ fuq Facebook, fejn spjegat li l-azzjoni legali għandha l-għan li tassigura li ż-żamma ta’ dan il-green wall ssir għall-ispejjeż tal-kuntrattur, skont l-obbligi tiegħu biex jindirizza din il-kwistjoni.

Ekonomija

Sport