Friday, December 20, 2024

Inizjattiva ta’ pazjenta wasslet biex matul is-snin inġabru miljuni ta’ ewro

Illum tittella' edizzjoni oħra ta' L-Istrina

Aqra wkoll

Illum tittella’ edizzjoni oħra ta’ L-Istrina, maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund bil-għan li jkomplu jiġu megħjuna aktar familji.

L-Istrina taf l-għeruq tagħha lil inizjattiva ta’ Maria Bugeja, pazjenta li kellha l-kanċer, li offriet li tqaxxar xagħarha biex jinġabru flus għal pazjenti oħra.

Matul is-snin il-maratona baqgħet issir, l-għada tal-Milied, fejn in-nazzjon ingħaqad u kompla jissaħħaħ biex somma li bdiet bi ftit eluf ta’ liri, illum titla’ għal miljuni ta’ ewro.

L-edizzjoni tal-lum se ssir fil-kumpless sportiv tal-Marsa, bejn nofsinhar u nofsillejl, u tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha.

Ekonomija

Sport