Tuesday, May 6, 2025

Inter l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

INTER ……………4

BARCELONA ……3

(wara l-ħin barrani)

(Agg: Inter 7-6)

Fit-tieni leg tas-semi-finali tal-UEFA Champions Lea­gue, li kien wieħed spettakolari, Inter għelbu lil Bar­ce­lona bl-iskor ta’ 4-3 fil-ħin barrani biex saru l-ewwel finalisti hekk kif għaddew b’aggregate ta’ 7-6. 

Kienu Inter li fetħu l-iskor, fil-21 minuta, meta Dumfries ħarab in-nasba tal-offside, avvanza u ppre­żenta l-ballun lil Lautaro Martinez li bil-kalma kollha xeħet il-ballun fix-xibka. 

Fis-36 minuta, Lamine Yamal seraq ballun, daħal fil-kaxxa iżda minn pożizzjoni angolata x-xutt tiegħu għad­da jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Iżda fl-45 minuta, Hakan Calhanoglu rdoppja għal Inter minn penalty wara li Lautaro Martinez ġie ffawljat minn Inigo Martinez fil-kaxxa. 

Iżda fit-tieni taqsima, il-Katalani kienu team trasformati meta fl-54 minuta, naqqsu l-marġni tal-iskor meta Eric Garcia kkonnettja mill-cross ta’ Gerard Martin u b’xutt angolat xeħet fir- rokna tas-saqaf tax-xibka.

Żewġ minuti wara, il- goalkeeper Interista, Yann Sommer, wettaq save kbir fuq Eric Garcia biex evita goal ċert.

Madankollu, fit-60 minuta, Barca kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ Dani Olmo … u tliet minuti mit-tmiem Raphinha ħaseb li skorja l-goal tar-rebħ għal Barcelona. Aktar minn hekk Yamal seta’ għalaq il-partita iżda ġie mċaħħad mil-lasta. 

Peró, fit-93 minuta, Francesco Acerbi kiseb id-draw għal Inter biex kien jeħtieġ jintlagħab il-ħin barrani.

U proprju fid-99 minuta, Davide Frattesi skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa għal Inter b’xutt djagonali li spiċċa fir-rokna tax-xibka. 

Fil-110 minuta, Wojciech Szczesny kien providenzjali għal Barca meta wettaq save kbir fuq kanunata ta’ Frattesi.   

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport