Il-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras iddikjara li din il-konferma fit-tmexxija tal-Partit Laburista qed issir f’kuntest li qatt ma kellna bħalu fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Qal li għall-ewwel darba, partit politiku f’Malta ġie fdat mill-poplu b’erba’ rebħiet elettorali konsekuttivi.
“Erba’ darbiet wara xulxin. Din hi kisba kbira u straordinarja,” qal il-President tal-PL.Huwa żied jgħid li din ir-raba’ rebħa mhijiex biss premju imma responsabbiltà.
“Mhijiex permess biex nistrieħu. Hi sejħa biex nibqgħu nkunu aħjar. Għalhekk din il-konferenza mhix biss qed tikkonferma min se jmexxina. Hi konferma wkoll tat-tip ta’ moviment li rridu nibqgħu nkunu.
Magħqud imma mhux magħluq. Kburi imma mhux arroganti. Moviment ta’ Gvern li qatt ma jinsa li twieled bħala għajta ta’ poplu,” tenna Dr Sciberras. “Irridu nibqgħu dak il-partit tal-poplu.”


