Wednesday, November 4, 2026
Home Internazzjonali Ir-Repubblikani ta’ Trump “umiljati” fl-elezzjonijiet fl-Istati Uniti

Ir-Repubblikani ta’ Trump “umiljati” fl-elezzjonijiet fl-Istati Uniti

0
72

Il-Partit Repubblikan fl-Istati Uniti u l-President Donald Trump sofrew telfa kbira fl-elezzjonijiet li saru biex jiġi elett Senat u Membri ġodda fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-President Trump f’kummenti lill-ġurnalisti qal li r-Repubblikani kienu sofew telfa, iżda f’kumment li kiteb fuq il-midja soċjali stqarr li huma sofrew din it-telfa għax in-nies ma setgħux jivvotaw lilu personali.

Issa, is-sitwazzjoni għal Trump hija waħda kumplessa l-aktar minħabba l-fatt li tilef il-kontroll tas-Senat li minnu jrid iġib diversi approvazzjonijiet biex iwettaq il-ħidma tiegħu.

Fost l-akbar rebiħet li għamlu d-Demokratiċi kienu fl-istati ta’ Texas, Kansas u South Carolina li huma tradizzjonalment Repubblikani. 

Dawn l-elezzjonijiet huma importanti ħafna fl-Istati Uniti hekk kif jiġu sentejn eżatt wara l-elezzjonijiet Presidenzjali. Dawn jitqiesu bħala “sfiduċja” jew “fiduċja” bit-tmexxija tal-White House.

S’issa r-riżultati werw li l-elettorat ma jridx aktar it-tmexxija tal-President Trump jew tal-inqas ta twissija biex ibiddel ir-rotta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here