Dan ir-rakkont seħħ fl-1980 u x-xhud tiegħu hemm Monsinjur Ottorino Pietro Alberti li kien l-Isqof Emeritus ta’ Cagliari f’Sardegna.
Dan l-isqof kellu l-opportunita li jiehu mill-Arċidjoċesi tiegħu mara li kienet posseduta mix-xitan sabiex tkun eżorċizzata minn Ġwanni Pawlu “Il-Kbir.”
Monsinjur Alberti jirrakonta hekk: “Darba minnhom kont il-Vatikan, fi żmien li kont Isqof ta’ Spoleto. Fid-djoċesi kelli każ ta’ eżorċiżmu li kont tajtu lil saċerdot twajjeb li min-naħa tiegħu ma kien irnexxilu jagħmel xejn dwaru.
Ma kelliex triq oħra ħlif immur għand Papa Wojtyla dwar il-kaz fejn qabel kollox fakkartu dwar eżorċiżmu ieħor li kien wettaq Piju XII fuq mara oħra minn Spoleto, jiġifieri mid-djoċesi li kont qed immexxi jien.
Dħalna fil-Vatikan u stennejna lil-Papa f’kamra. F’ħin minnhom din il-mara bdiet tagita ruġha… bdiet twerżaq u titgħawweġ mal-art. B’mod misterjuż għall-aħħar kienet qed tinduna qabli bil-wasla tal-Papa viċin il-kamra.
Wojtyla qabel dan il-każ qatt ma kien wettaq rit t’eżorċiżmu. Ftaħt il-kotba tal-eżorċiżmu quddiem il-Papa Pollakk u ndikajtlu t-talb li jrid iwettaq… L-indemonjata bdiet twerżaq u titkaħhweġ mal-art u sabiex setgħu żżommuha għamlu hekk ir-raġel tagħha u Dun Stanislaw Dsiwisz.
Il-mara kienet meħlusa mix-xitan wara għoxrin minuta ta’ talb kontinwu…
Waqt li Wojtyla kien ħiereġ mil-kamra tal-eżorċiżmu dar fuq Dun Stanislaw u qallu: “Mamma mia x’xena bibblika, appokalittika għandna kif rajna” u baqa’ miexi jfaħħar l-Alla sakemm wasal fl-uffiċju privat tiegħu.
Monsinju Albert miet erba’ snin ilu.




