Ir-riforma fil-liġi tal-inkjesti maġisterjali ġiet approvata mill-istadju tat-Tieni Qari u għalhekk issa se tmur fi stadju ta’ kumitat li hemm jiġu diskussi l-emendi. Il-membri tal-Gvern kollha vvotaw favur filwaqt li dawk tal-Oppożizzjoni vvutaw kontra.
Waqt is-seduta tal-bieraħ filgħaxija l-Oppożizzjoni qalet li dan l-abbozz se jkun qiegħed ineħħi d-dritt liċ-ċittadini li jkunu jistgħu jiftħu inkjesta maġisterjali. Filwaqt li l-Gvern qal li dan l-abbozz se jkun qiegħed jassigura li jinqata’ dak li sejjaħ abbuż fil-ftuħ tal-inkjesti.