Laqgħa bilaterali li qiegħda titqies importanti seħħet ilbieraħ bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Sergey Lavrov u l-Ministru Ungerija Peter Szijjarto. Il-laqgħa tqieset importanti għax Szijjarto hu magħruf kemm jappoġġja il-pjan ta’ Donald Trump biex ikun hemm l-paċi fl-Ukrajna. F’din il-laqgħa m’hemm ebda dubju li ġiet diskussa fid-dettall l-invażjoni u l-kunflitt fl-Ukrajna.
Id-delegazzjoni Ungeriża hi ottimista ħafna li l-kunflitt fl-Ukrajna jista’ jintemm bit-tmexxija ta’ Donald Trump bħala President tal-Istati Uniti. Waqt li għandhom dan l-ottimiżmu, huma qegħdin jitkellmu fuq dilemma. jirrimarkaw. Dik li fuq naħa hemm iċ-ċans li l-kunflitt jissolva u fuq naħa oħra ir-riskju ta’ eskalazzjoni hu akbar minn qatt qabel.
L-Ungeriżi, qegħdin jitkellmu fuq it-tama li ma jiġri xejn kbir qabel l-20 ta’ Jannar, li jista’ jwassal għal eskalazzjoni akbar minn dik li hemm illum u li imbagħad minħabba f’hekk il-prospetti ta’ pai u waqfien mill-ġlied jikkomplikaw ħafna. L-20 ta’ Jannar hi l-ġurnata tal-inawgurazzjoni ta’ Trump bħaal President mill-ġdid tal-Istati Uniti.
Mhux magħruf f’xkien l-eżitu ta’ din il-laqgħa bilaterali bejn ir-Russja u l-Ungerija. L-istess Ministru tal-Affarijiet Barranin Ungeriż, kien iltaqa’ ma Mike Waltz, li Trump għażlu bħala konsulent dwar is-sigurtà nazzjonali.
Il-Ministru Ungeriż Szijjarto propriu fl-aħħar sigħat għamel dikjarazzjonijiet li juru l-appoġġ li hu għandu għal pjani ta’ Donald Trump. Filfatt hu qal li l-President elett Donald Trump qiegħed jimmira li jsolvi l-kunflitt fl-Ukrajna u din il-mira tista’ tintlaħaq minkejja oppożizzjoni mill-amministrazzjoni ta’ Biden.
Fi kliemu stess, “ninsabu qrib fejn Donald Trump iwettaq il-mira tiegħu li t-tmiem tal-gwerra fl-Ukrajna tkun realtà.”