Wednesday, April 24, 2024

Is-Senegal jikkwalifikaw għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Ekwador………. 1

Senegal……….. 2

Is-Senegal kkwalifikaw għall-Aħħar 16 meta għelbu lill-Ekwador bl-iskor ta’ 2-1.

Huma fetħu l-iskor minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta ngħataw pe­nalty wara li Ismaila Sarr twaqqa’ minn Piero Hincapie fil-kaxxa fit-tenattiv li jantiċipah. L-istess Sarr bil-kalma kollha ħalla lill-goalkeeper Hernan Galindez statiku u mill-11-il metru ma żbaljax.

Peró, fis-67 minuta, l-Ekwador kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner Moi­ses Caicedo xeħet il-balun fix-xibka.

Madankollu tliet minuti wara, Kalidou Koulibaly skorja l-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ free-kick il-ballun wasal għandu li ma ħafirx.

Ekwador: Hernan Galindez, Pervis Estupinan, Piero Hincapie, Felix Torres, Angelo Preciado (Jackson Porozo 85), Carlos Gruezo (Jose Cifuentes 46), Moises Caicedo, Alan Franco (Jeremy Sarmiento 46), Enner Valencia, Michael Estrada (Djorkaeff Reascos 64), Gonzalo Plata – Coach: Gustavo Alfaro

Senegal: Edouard Mendy, Abdou Diallo, Ismail Jakobs, Kalidou Koulibaly, Youssouf Sabaly, Pape Gueye, Pathe Ciss (Nampalys Mendy 75), Ismaila Sarr, Idrissa Gueye, Iliman Ndiaye (Bamba Dieng 75), Boulaye Dia (Pape Abou Cisse 92) – Coach: Aliou Cisse                 

Referee: Clement Turpin (Franza)

Assistenti: Nicolas Danos, Cyril Gringore (Franza)

Ammoniti: I. Gueye (S)

Sport