Saturday, May 18, 2024

Is-sid jibqa’ jgħannaq il-klieb waqt rejd f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar, il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien għall-Annimali intervjenew f’residenza f’Birżebbuġa.

Minn din ir-residenza ġew konfiskati numru ta’ annimali u dan b’rabta ma’ każ ta’ raġel li aktar kmieni din il-ġimgħa nstab ħati mill-Qorti li kiser numru ta’ liġijiet tal-ħarsien tal-annimali.

Ir-raġel ġie ordnat biex ma jżommx klieb għal 25 sena, sentenza sospiża u mmultat €20,000.

Dan is-sit jinsab infurmat li mir-residenza nġabru aktar minn 40 kelb u kelba u ġriewi, fosthom kelba li kienet qiegħda twelled fil-ħin li sar ir-rejd.

Sport