Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Bdejt nilgħab il-futbol fit-triq quddiem id-dar. Konna noħorgu fit-triq dejjem nilagħbu l-ballun ta’ etá żgħira. Meta kelli 12-il sena, bdejt l-ewwel esperjenza tiegħi mal-klabb ta’ Zurrieq FC.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Birzebbugia SP FC.
Birzebbugia SP FC huwa klabb serju u b’ambizzjoni. Huwa mdawwar b’nies dedikati u li jagħmlu ħafna xogħol professjonali.
X’taħseb li kien is-sigiriet tas-suċċess wara l-kisba tal-promozzjoni għall-Malta Premier?
Is-sigriet tas-suċċess tagħna kien dak li bqajna magħqudin u nemmnu sal-aħħar logħba. Kien hemm mumenti li ma bqajniex nemmnu li nistgħu niksbu l-promozzjoni peró bis-saħħa tal- kowċis bravi li kellna, kif ukoll president u kumitat li baqgħu jemmnu sal-aħħar logħba li nistgħu nagħmluha u baqgħu warajna u jagħtuna l-kuraġġ li nistgħu niktbu l-istorja għal Birzebbugia SP.
X’tikkummeta rigward dak il penalty li salvajt fuq il-captain ta’ Swieqi, Paul Fenech, fil-penalty shoot out tad-decider?
Għall-goalkeeper li jilqa’ penalty hija xi ħaġa sabiħa ħafna, u mumenti bħal dawk żgur li ma jintesew qatt għall-goalkeeper li jirnexxielu jilqa’ penalty f’dawk il-mumenti.
X’tikkummenta fuq il-Kowċ, Edgar Degabriele?
Il-Kowċ Edgar huwa kowċ bravu ħafna kif ukoll kien imdawwar b’assistenti u kowċ tal-goalkeepers li dejjem ħa pariri tajbin mingħandhom li mexxewna fit-triq it-tajba.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Din is-sena kien hemm livell tajjeb fin-National Amateur League 1. Kien hemm ħafna timijiet livell ta’ xulxin u l-klassifika tista’ turi li sal-aħħar ġurnata kien għadu ħadd ma kiseb il-promozzjoni.
U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Bħala grawnds nemmen li tjiebna ħafna. Bħala art, għandek aktar kumditá peró trid tadatta l-logħba fejn se tkun ħa tilgħab. Forsi jkollok grawnd li fih ikollok aktar spajzu minn grawnds oħra fejn tilgħab futbol isbaħ u aħjar.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Nipprova nżomm fiżikament tajjeb u nieħu t-taħriġ b’serjetá kbira biex inżomm il- livell tiegħi wieħed kompetittiv. L-għan tiegħi hu li nkompli nilgħab il-futbol u nżomm ruħi fiżikament tajjeb.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
L-affarijiet kultant ma jiġux kif tkun tixtieq … forsi tkun għaddej minn żmien diffiċli kemm fuq sport kif ukoll personali. Kull persuna tgħaddi minn żmien hekk. Dak iż-żmien jgħaddi – l-importanti li ma taqtax qalbek u tibqa’ tittrenja u tagħti l-100% tiegħek u ċ-ċans jerġa’ jiġik biex turi l-kapaċità tiegħek!


