Monday, December 30, 2024

“Is-Sitwazzjoni f’Gaza hija wake-up call għall-UE”

- Il-PM Robert Abela b’messaġġ b’saħħtu fil-bidu tal-Kunsill Ewropew

Aqra wkoll

“Bħalissa f’Gaza hemm sitwazzjoni fejn eluf ta’ persuni innoċenti fosthom nisa u tfal, tilfu ħajjithom. Hemm ukoll bosta familji bla ilma u ikel. Din hi wake-up call għalina lkoll fl-Unjoni Ewropea”.

Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela, fil-ftuħ tal-Kunsill Ewropew fi Brussell. Il-Prim Ministru rrimarka li t-tfittxija għall-paċi u l-progress f’dinja sigura huma valuri importanti fil-kostituzzjoni tagħna. Żied jgħid li l-istess valuri imsemmija, huma mportani, kemm fil-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll fi ħdan tal-Ġnus Magħquda.

Ftit kienu dawk il-mexxejja li kellhom l-opportunità li jindirizzae l-Kunsill Ewropew. Minkejja dan, pajjiżna permezz tal-Prim Ministru kellu l-opportunità li jindirizza minħabba diversi raġunijiet, fosthom l-fatt li pajjiżna kellu pożizzjoni b’saħħitha favur il-paċi u l-waqfien mill-ġlied. Apparti minn hekk, pajjiżna jokkupa siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà. Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li neħtieġu sforz kollettiv biex minnufih inwaqqfu l-ġlied b’mod permanenti u għamel referenza għal gwerra f’Gaza.

Il-Prim Ministru qal li filwaqt li huwa tajjeb li l-Unjoni Ewropea qed tiffinanzja għajnuna umanitarja għall-Palestinjani, il-Kunsill Ewropew kien qed ikun sieket u issa jidher li bdejna nitkellmu, filwaqt li saħaq fuq l-importanza li fil-konklużjonijiet ikun hemm talba għall-waqfien mill-ġlied.

Dr Abela saħaq li s-sitwazzjoni umanitarja f’Gaza u rapporti li n-nies qed ibatu l-ġuħ hija kwistjoni tal-biża’ li wieħed ma jista’ qatt idawwar wiċċu. Irrimarka li l-għajnuna umanitarja hija meħtieġa u li din għandha tingħata sabiex jonqsu t-tbatijiet.

Il-Prim Ministru irrifera għal Guteress u qal li din qed taħdem bi sħiħ favur il-paċi anki jekk qed jieħu pożizzjonijiet iebsa biex jiddefendi l-umanità.

Dr temm d-diskors tal-ftuħ, billi sostna li għandna nħarsu ’l quddiem għall-Patt għall-Futur li jfisser li nippreparaw irwieħna fl-isfidi futuri li jekk ma nħejjux għalihom, iħallas b’mod qares il-bniedem. Hawn semma wkoll it-tibdil fil-klima. Saħaq li l-Unjoni Ewropea u l-Ġnus Magħquda jistgħu jikkolaboraw iżjed fuq dan l-aspett.

Ekonomija

Sport