Monday, April 22, 2024

Issib lil ommha wara 32 sena minn meta ngħatat għall-adozzjoni

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara Ingliża li ngħatat għall-adozzjoni meta kienet tarbija fl-1990, irnexxielha ssib il-familja bijoloġika tagħha ġewwa l-Kanada, fejn eventwalment skopriet li huma kienu ilhom snin ifittxuha.

Laura Mclean ta’ 32 sena minn Milton Keynes Buckinghamshire qalet li kienet taf li kienet addottata, iżda qatt ma rnexxielha ssib tarf ta’ x’jisimha ommha, kemm għandha żmien u fejn toqgħod.

Laura għamlet snin tfittex kullimkien, saħansitra anke fuq Google u Facebook. Iddeċidiet li tissottometti kampjun tad-DNA lill-kumpanija. Laura bagħtet il-kampjun tad-DNA tagħha s-sena l-oħra u mill-kampjun ħareġ li ommha kienet Janine Henderson ta’ 50 sena, li kienet toqgħod Brampton, Ontario fil-Kanada.

Fi ftit jiem, Laura u Janine iltaqgħu onlajn għall-ewwel darba, fejn hemmhekk iż-żewġ individwi ħassewhom emozzjonati li fl-aħħar irnexxielhom jerġgħu jiltaqgħu. L-omm spjegat lit-tifla tagħha li hi tatha għal l-addozzjoni għax kienet taf li ħaddieħor seta’ joffrilha ħajja aħjar milli setgħet hi dak iż-żmien.

Min-naħa tagħha Laura qalet li f’ħajjitha għaddiet minn ħafna emozzjonijiet, minħabba l-fatt li hi ma kinitx bħal ħaddieħor minħabba li qatt ma rnexxielha tiskopri min hi l-familja tagħha. Hi qalet; “Ma kontx naf x’kelli nieqes sakemm irnexxieli nibni relazzjoni mal-familja bijoloġika tiegħi.’’

Sport