Friday, May 3, 2024

Raġel ta’ 62 sena ħati li ħajjar żewġ subien ta’ 12-il sena jagħmlu s-sess miegħu

Aqra wkoll

Nicholas Zammit ta’ 62 sena ġie kkundannat 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li ħajjar żewġ subien ta’ 12-il sena biex jagħmlu s-sess miegħu.

Ir-raġel kien akkużat li fit-12 ta’ Settembru ta’ tlett snin ilu beżża’ liż-żewġt itfal li kien se juża l-vjolenza fuqhom, li tahom fastidju u li talabhom pjaċiri sesswali. Kien akkużat ukoll li tkellem jew aġixxa b’mod sesswali fil-preżenza ta’ minuri, li ħebb għalihom u li heddidhom.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, l-Ispettur Roxanne Tabone li mexxiet l-investigazzjoni qalet li kienu ż-żewġ subien li rraportaw lir-raġel li kien qed jagħtihom fastidju sesswali.

Meta wieħed mit-tifel waqaflu wara li r-raġel talbu jagħmel l-atti sesswali miegħu, inqala’ argument u kien it-tifel l-ieħor li mar biex iwaqqafhom. Kien hawn li r-raġel beda jitkellem ħażin u anke qabdu minn għonqu.

Wieħed mis-subien qal li r-raġel qallu li hu kellu x’jaqsam ma’ kappillan u tabib waqt li kien qiegħed l-isptar. It-tifel xhed ukoll li r-raġel qallu li lest li jlaqqgħu ma’ tfajla ta’ 16-il sena u jkunu jistgħu jagħmlu s-sess flimkien f’għalqa.

It-tifel xhed li kien mar b’kollox lil sieħbu li min-naħa tiegħu kien mar jgħid lil ommu. Hu qal li kien beda jibża’ jagħmel rapport lill-Pulizija għax l-akkużat kien heddu li jekk jgħid lill-ġenituri “ma kienx se jara x-xema tiela'”.

Huwa żied li kien mar jgħid lil sieħbu li min-naħa tiegħu mar jgħid lil ommu. Huwa qal li beża’ jagħmel rapport lill-Pulizija għax l-akkużat heddu li jekk jgħid lill-ġenituri “ma kienx jara x-xemx tiela’”.

L-ewwel darba li r-raġel qal lit-tifel li ried ikollu x’jaqsam sesswalment miegħu, ħaseb li kien qed jiċċajta, iżda meta reġa’ qallu u aġixxa bl-istess mod, it-tifel qal li kien offenda lir-raġel b’ommu li min-naħa tiegħu qabdu minn għonqu.

Fost ix-xhieda kien hemm tabib u qal li ilu jaf lill-akkużat 34 sena u sostna li dan ibati minn aċċessjonijiet u jieħu pilloli li jaffettwawlu l-parti sesswali imma mhux ix-xewqat sesswali.

L-akkużat meta ġie mitkellem mill-pulizija mill-ewwel ċaħda dawn l-allegazzjonijiet u sostna li hu ma seta’ qatt ikollu x’jaqsam sesswalment ma’ xi ħadd minħabba li għandu problemi ta’ saħħa.

Min-naħa tagħha l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tiddeskrivi l-każ bħala grooming. Hi qalet li wara li semgħet ix-xhieda rriżulta b’mod ċar li r-raġel qal kliem ta’ natura sesswali liż-żewġ minuri u talabhom favuri sesswali.

Il-Qorti m’għandhiex għalfejn tiddubita mill-awtenticità tax-xhieda tal-minuri liema xhieda hija mimlija dettalji rigward il-proposti indeċenti tal-akkużat fil-konfront tagħhom li ried jagħmel magħhom affarijiet sesswali.

Dak li ħareġ hu ċertu tip ta’ grooming mill-imputat fil-konfront ta’ dawn il-minuri fejn qabel ma għamel il-proposti tiegħu kien sar jafhom, ġab il-kunfidenza tagħhom forsi fejn tkellmu fuq tfajliet, offrielhom sigaretti u birra u mbagħad meta ra li kellu kunfidenza biżżejjed magħhom, ipproponielhom dak li ħareġ mill-atti.

Il-Maġistrat Stafrace Zammit kompliet li l-akkużat ipprova jitfa’ dell ikrah fuq dawn il-minuri, li forsi kellhom motivi ulterjuri biex jaqilgħu gidba fuqu, iżda minn imkien mill-kawża ma ħareġ li dawn il-minuri setgħu kellhom xi mottiv biex jixhdu l-falz.

Kien għalhekk li sabitu ħati li talab liż-żewġ subien favuri seswali, li qal kliem sesswali quddiemhom, li ħebb għal wieħed minnhom u li heddidhom.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs sospiża hija ħarġet ordni ta’ trażżin għal sentejn biex ma jersaqx lejn iż-żewġ subien.

Sport