Monday, May 13, 2024

Jagħtu sorpriża ħelwa lill-anzjana li ta’ sikwit taqsam kelmtejn magħhom fl-għassa

Aqra wkoll

Kull qalb trid oħra u l-istess seħħ fil-każ tal-għażiża Ċettina minn Ħal Qormi li tħobb tgħaddi tittawwal lill-Pulizija stazzjonati fl-għassa ta’ Ħal Qormi u taqsam kelmtejn magħhom.

Proprju f’għeluq sninha l-uffiċjali ddeċidew li jagħmlu ġest mill-isbaħ mal-anzjana u filwaqt li ċemplulha biex tmur ħdejhom, preparawlha bukkett fjuri u kartolina.

Dan il-ġest kien xi ħaġa speċjali għall-anzjana u filwaqt li rringrazzjathom qalitilhom li għaliha dan il-ġest kien ifisser ħafna.

Sport