Il-katavru tal-Papa Franġisku issa jinsab ġewwa l-Bażilika ta’ San Pietru, bil-għan li jkun għall-qima tal-pubbliku sa nhar is-Sibt, jiġifieri meta se jsir il-funeral
Kien propju ftit tal-ħin ilu, propju fid-9:15 a.m, meta t-tebut ta’ Papa Franġisku nħareġ mir-residenza privata tal-Papa, dik magħrufa bħala Casa San Marta.
Dan sar permezz ta’ purċissjoni, liema purċissjoni kienet segwitha minn għadd ta’ membri mill-Kleru. Dan filwaqt li kien hemm ukoll il-Gwardja Żvizzera li kienet qiegħda mat-tebut.
Intant eluf ta’ persuni inġabru fi Pjazza San Pietru quddiem il-Bażilika sabiex isegwu l-istess purċissjoni. L-udejnza preżenti bdew iċapċpu x’ħin it-tebut wasal quddiem il-Bażilika. Midja internazzjonali rrapurtat li dan sar bħala turija ta’ rispett lejn il-Papa Franġisku.