“It-tim ta’ taħt id-19-il sena qed jikseb riżultati pożittivi”- il-President tal-MFA Bjorn Vassallo 

Aqra wkoll

It-tim ta’ taħt id-19-il sena qed jikseb riżultati pożittivi, bi draws kontra Ċipru u r-Repubblika Ċeka u żewġ rebħiet kontra l-Liechtenstein. Iżda t-tim ta’ taħt il-21 sena, qed isofri telfa wara oħra. 

Kien hemm kummenti li rabtu dawn ir-riżultati man-nuqqas ta’ ħin tal-logħob għall-plejers Maltin fil-Premier League, iżda lanqas il-plejers tat-tim ta’ taħt id-19-il sena ma jilagħbu fil-Premier League.

Il-President spjega li t-timijiet kollha f’din il-kategorija ta’ Taħt il-21 sena jinqabdu bejn il-kategorija ta’ żvilupp u l-ewwel tim u allura t-talenti l-aktar li jispikkaw jieħdu preċedenza fit-timijiet tal-kbar. Huwa fatt li fl-aħħar kompetizzjoni t-tim Malti ta’ Taħt il-21 sena naqas milli jikseb riżultati imma wieħed irid isemmi wkoll li t-tim dejjem kien nieqes minn 5 jew 6 elementi regolari minħabba li dawn jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali tal-kbar jew minħabba ċirkostanzi oħra li jkunu llimitaw il-kowċ nazzjonali fl-għażla tagħhom. 

Il-fatt li l-partiti jintlagħabu wkoll fl-istess twieqi internazzjonali meta jilgħab ukoll it-tim ta’ Taħt id-19-il sena tkun diffiċli ħafna li plejers jimxu minn kategorija għall-oħra speċjalment jekk iż-żgħar ikollhom partiti kompetittivi. Ħafna drabi jispiċċa jbgħati t-tim ta’ Taħt il-21 sena. 

Vassallo qal li din hija problema ta’ numru ta’ nazzjonijiet li jiffaċjaw nuqqas ta’ kwalita’ minn żmien għal żmien f’din il-kategorija li f’dawn l-aħħar 10 partiti li lagħbna ma niftakar qatt li lagħbna bl-aħjar 11-il plejer tal-kategorija. Imbagħad il-fatt li ma jsibux wisq spazju fil-klabbs rispettivi tilgħab rwol ukoll, imma fuq din m’hemmx wisq x’tgħid, il-futbol globalizzat għal kulħadd u f’livell kompetittiv jilgħabu l-aħjar elementi, allura min mhux jilgħab biżżejjed għandu jirsisti aktar u ċ-ċans jiġi għal kulħadd.

Il-President spjega li kif it-tim ta’ Taħt id-19-il sena, jinsab għaddej bil-preparamenti biex jaffronta l-kompetizzjoni ta’ UEFA fi ftit ġimgħat oħra. Għalhekk dawn il-partiti ta’ ħbiberija huma kollha mmirati biex it-tim jikkonsolida aktar flimkien u jieħu l-esperjenza neċessarja qabel jilgħab partiti kompetittivi. 

“F’din l-iskwadra hemm numru ta’ plejers interessanti u li għandhom potenzjal imma bħala kollettiv u bl-għajnuna tal-kowċ Francesco Macri, nemmen li t-tim jista’ jkompli juri progress fil-prestazzjonijiet. L-għan tagħna f’dan il-livell ta’ żvilupp huwa dak li niżviluppaw il-plejers biex ikunu jistgħu jagħmluha fit-tim nazzjonali Malti tal-kbar. Għalkemm ir-riżultati huma importanti għaliex jagħtuk indikazzjoni tal-livell li tkun qiegħed fih, fil-filosofija tagħna, r-riżultati f’dan il-perjodu ta’ żvilupp mhux kollox. It-tagħlim didattiku, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-persuna  li permezz tagħhom plejer jikber minn livell ta’ akkademja għal wieħed professjonali abbażi tal-metodoloġija li noffru, huwa ta’ sodisfazzjon akbar għalina. Apparti minn hekk fit-tim ta’ Taħt id-19il sena għandna numru ta’ plejers li diġa’ jilgħabu barra l-pajjiż u din tagħti forza akbar lit-tim u l-għan tagħna huwa dak li nibqgħu ngħinu ż-żgħażagħ b’talent u nħeġġiġhom jagħmlu kuraġġ u fejn possibli jkomplu l-karriera tagħhom barra mill-pajjiż.” qal Vassallo.

Barra minn Malta, il-futbol tan-nisa qed jikseb dejjem aktar popolarità. Bħala MFA, tingħata ħafna promozzjoni lil-logħob tat-tim nazzjonali tal-irġiel, iżda ftit li xejn naraw l-istess għat-tim nazzjonali tan-nisa. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport