Nuqqas ta’ interess fil-futbol tan-nisa min-naħa tal-pubbliku, jew il-futbol tan-nisa mhux jingħata biżżejjed viżibbiltà?

Aqra wkoll

Il-President tal-MFA spjega kif il-futbol tan-Nisa ingħata spinta importanti fl-aħħar snin u dan kollu wasal grazzi għal reviżjoni li saret ftit tas-snin ilu, iżda fadal ħafna xi jsir, biex ikompli jikber u tiġi promossa dejjem aktar il-logħba femminili. Meta tqabbel mal-passat, illum hemm eko-sistema fil-futbol tan-Nisa ferm aktar żviluppata minn dak li qatt kien fil-passat. Biss biss ġie introdott MOU għall-plejers nisa li jinkludi bosta benefiċċji, żdied l-element finanzjarju meta l-plejers jirrapreżentaw lill-pajjiżna, jingħataw l-istess faċilitajiet u servizzi mediċi, loġistiċi u edukattivi lit-timijiet nazzjonali maskili u femminili mingħajr distinzjoni u żdiedu wkoll n-numru ta’ partiti u esperjenzi internazzjonali għaż-żgħażagħ tfajliet. 

Huwa spjega li l-introjtu mill-qasam tal-futbol femminili huwa minimu u fil-maġġoranza huwa l-introjtu mill-futbol tal-Irġiel li jgħin fl-iżvilupp tal-logħba femminili. Il-maġġoranza tal-partiti tat-tim nazzjonali tan-Nisa speċjalment dawk kompetittivi jkunu mxandra b’mod dirett fuq it-televiżjoni nazzjonali, iżda partiti ta’ ħbiberja jkunu normalment mxandra fuq pjattaformi online. Il-klabbs ukoll qiegħdin jingħataw asisstenza f’forma ta’ fondi ta’ solidarjeta’ mill-UEFA u kontribuzzjonijiet oħra mill-MFA biex ikunu jistgħu dejjem aktar isostnu l-logħba fuq livell domestiku u jsiru sagrifiċċji kbar u li l-investiment fl-aħħar snin kiber b’mod sostanzjali. 

“Kuntenti ħafna bil-progress li sar fil-futbol tan-Nisa f’pajjiżna iżda mhux biss fuq aspett ta’ futbol milgħub imma anki rigward deċiżjonijiet li l-Assoċjazzjoni ħadet biex il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-futbol tikber ukoll fi rwoli mportanti fit-tmexxija tal-istess Assoċjazzjoni. Permezz ta’ numru ta’ riformi llum l-MFA għandha segretarju ġenerali mara, il-kowċ nazzjonali tan-nisa hija wkoll mara u żdiedu l-membri nisa fuq il-kumitiati u bordijiet tal-MFA. Dawn huma kollha sinjali li bil-meritokrazija u l-ugwaljanza, l-MFA baqgħet tikber f’Assoċjazzjoni inklussiva.” Spjega Vassallo.  

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport