Sunday, April 13, 2025

“Itolbu biex qatt ma nippretendu li aħna sidien ta’ ħajjitna jew tal-ħajja ta’ xi ħadd”

Aqra wkoll

Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta llum saret il-Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna bit-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u r-rakkont tal-Passjoni tal-Mulej, Ispirat mill-Evanġelju skont San Luqa, fl-omelija tiegħu l-Arċisqof iffoka fuq tliet frażijiet għeżież: ‘Aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu’ (Lq 23:34); ‘Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi’ (Lq 23:43) u ‘Missier, f’idejk jien nerħi ruħi’ (Lq 23:46).

Permezz tagħhom l-Arċisqof jispjega kif nilmħu l-qalb ta’ Ġesù u s-segħa kbira ta’ mħabbtu għax mhux talli ma jikkundannaniex għan-nuqqasijiet u d-dnubiet tagħna imma jitlob lill-Missier jaħfrilna kif ukoll joffrilna l-Ġenna jekk nindmu.

Permezz tal-aħħar frażi, l-Arċisqof iħeġġiġna nitolbu biex “aħna qatt ma nippretendu li aħna sidien ta’ ħajjitna, jew tal-ħajja ta’ xi ħadd, imma jkollna l-umiltà profonda, l-għerf qawwi, li l-Missier nirrepetulu l-kelma għażiża ta’ Ġesù: ‘F’idejk jien nerħi ruħi’. Ħajti ma neħodhiex b’idejja, u lanqas noqtol lil xi ħadd f’isem xi kompassjoni falza” imma nħallu f’idejh.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport