Friday, November 22, 2024

“Iva kont naf fejn hi Arsema imma ma ġejtx indaħħak in-nies”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal qal li fost l-emendi proposti, hemm dik li twessa’ d-definizzjoni ta’ ħtif biex f’każ bħalma kien ta’ Arsema, jkun kopert fil-liġi ta’ pajjiżna direttament. Falzon qal li llum bdew il-proċeduri u bħala Ministru kien qiegħed isegwi bi prudenza dan il-każ.

“Bqajna nsegwu, bqajt prudenti u ma qgħadt insaqsi lil ħadd x’jara fuq TikTok jew jekk nafx fejn hi Arsema. Iva kont naf imma jien ma ġejtx hawn biex noqgħod indaħħak in-nies. Naħseb li dan il-każ intuża biżżejjed bħala ballun politiku”, kompla l-Ministru. 

Tkellem dwar prinċipji introdotti minn gvern Laburista li jipproteġu lill-minuri. Tkellem dwar il-foster allawance fejn għall-ewwel darba dan il-kunċett ġie rikonoxxut fil-liġi ta’ Malta.

Tkellem dwar dak l-aktar riċenti li huwa l-proġett taċ-ċentru tal-Ibwar li huwa wieħed mill-ftit ċentri li jagħti servizz mingħajr ħlas.

Il-Ministru qal li l-aktar ħaġa importanti huwa li l-ewwel interess tal-gvern ikun l-interess tat-tfal u mhux l-interess tagħna personali. Falzon qal li “ninqdew għat-teatrini politiċi hawn ġew, mhux wiċċi jkun qiegħed iħammarli wiċċi, iżda wiċċ min jagħmilhom”.

Sport