Monday, December 23, 2024

Iweġġa’ gravi f’inċident f’fabbrika fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’fabbrika fil-qasam industrijali tal-Imrieħel.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mill-Mali ta’ 36 sena u residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport