Sunday, November 24, 2024

Iweġġa’ gravi l-ħaddiem li waqa’ sular għoli f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 36 sena mill-Bangladeshresidenti l-Gżira ittieħed l-isptar wara li aktar kmieni għal ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident fi Triq il-Katidral f’Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit li l-ħaddiem waqa’ minn fuq xi scaffolding waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet fi skola f’Tas-Sliema.

Fuq il-post issejjħu uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku li taw l-assistenza tagħhom lil ħaddiem. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u l-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.

Sport